Tallinja card bdiet bl-iskossi

Is-sistema mhux qed taħdem u dawk li għadhom bla card qed iħallsu €2 kull sagħtejn

din hi l-ircevuta li qed tinghata mill-card reader tallinja
din hi l-ircevuta li qed tinghata mill-card reader tallinja

Minkejja li l-idea ta' Tallinja card hija waħda milqugħa minn kulħadd il-bidu tagħha illum kien bl-iskossi hekk kif is-sistema ma kinitx qed taħdem u ħafna mill-kards ma setgħux jinqraw. Minħabba dan, dawk li għandhom kard bdew jipprovaw jgħadduha mill-magna, iżda malli ma tgħaddix jibqgħu deħlin bilqegħda.

Xi nies fil-Mosta nstemgħu jilmentaw minħabba li għadhom ma rċevewx card id-dar u għalhekk dalgħodu kellhom iħallsu €2 għal vjaġġ wieħed u għal sagħtejn, li jfisser illi minħabba dewmien mhux taħt il-kontroll tagħhom dawn il-passiġġieri se jkollhom iħallsu €4 għal ġurnata, jekk jaqbżu s-sagħtejn mnn vjaġġ għall-ieħor. Mhux bidu daqstant lixx għas-sistema ta' Tallinja card, imma issa drajna f'dan il-pajjiż li fejn jidħol it-trasport pubbliku xi skoss l'hawn u l'hemm bilfors irid ikun hawn..

More in Politika