Gaffarena għamel l-offertà għall-bejgħ qabel ma xtara l-propjetà

Minkejja kollox hu għamel profit ta' €685,000

Il-bini fi Triq iz-Zekka
Il-bini fi Triq iz-Zekka

Il-proposta għall-bejgħ li għamel Mark Gafferena lill-Gvern, dwar parti minn fil-Belt Valletta li Mark Gafferena saret qabel ma hu kien is-sid tagħha. Minkejja dan hu għamel profit ta' €685,000 - skont kif juru d-dokumenti tal-Gvern. Din l-istorja dehret illum fuq il-gazzetta Times of Malta llum - wara li l-esproprjazzjoni ta' din il-propjetà tinstab fiċ-ċentru ta' kontroversja.

Dan hekk kif fil-gazzetta ta' nhar ta' Ħadd The Sunday Times rrapurtat storja li kixfet kif il-gvern ħallas €1.65 miljun biex jespropja nofs propjetà li tinstab fi Triq iz-Zekka fil-Belt, permezz ta' żewġ kuntratti li ġew iffirmati ma' Gaffarena.

Gaffarena tħallas €822,500 f'art u flus kontanti għal kwart ta' din il-binja f'Jannar li għadda. Fit-13 ta' Frar, Gaffarena offra li jbigħ kwart ieħor, u l-bejgħ ġie magħluq fis-26 ta' Frar. Din il-parti nxtrat fħal €139,762, fejn ingħata wkoll €822,500 f'kontanti u art min-naħa tal-gvern.

Id-dikjarazzjoni tal-espropjazzjoni nħarġet fit-8 t'April wara li Gaffarena xtara l-propjetà. L-eks sidien tal-propjetà ma kinux informati bl-espropjazzjoni.

More in Politika