Aktar aċċessibilità għall-bdiewa

450 bidwi jgawdi direttament minn din il-miżura

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes

Ftit inqas minn nofs miljun ewro se jingħataw lil għoxrin kunsill lokali, bl-għan li jsiru toroq rurali u passaġġi li jintużaw mill-bdiewa.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes f’konferenza li saret f’waħda mit-toroq li saret taħt dan il-finanzjament fiż-Żurrieq.

Galdes qal kif dawn il-proġetti ffinanzjati taħt il-miżura 125 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali (RDP) qed jassiguraw aktar aċċessibilità għall-bdiewa.

F’Malta u Għawdex hu stmat li r-resurfacing ta’ toroq u passaġġi se jaffettwa direttament aktar minn 450 bidwi u raħħal, li madwar 90 minnhom huma reġistrati bħala full-time farmers.

B’kollox se jsiru aktar minn 32,000 metru kwadru ta’ toroq f’20 lokalità.

Minbarra ż-Żurrieq, fost l-aktar kunsilli li bbenefikaw insibu lil Marsascala, Ħad-Dingli, iż-Żejtun, u l-Imġarr, u f’Għawdex in-Nadur, l-Għasri u l-Għarb.

More in Politika