Ġurnata wara r-rakkomandazzjoni tal-ORNIS dwar l-insib

Il-Kummissjoni Ewropeja tikteb lill-Gvern biex ittemm l-insib għall-għasafar tal-għana

Il-Kummissjoni Ewropeja tikteb lill-Gvern biex ittemm l-insib għall-għasafar tal-għana
Il-Kummissjoni Ewropeja tikteb lill-Gvern biex ittemm l-insib għall-għasafar tal-għana

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Malta biex ittemm l-insib għall-għasafar tal-għana. Din it-talba waslet propju ġurnata wara r-rakomadazzjoni tal-ORNIS li tippermetti l-insib ta’ seba’ speċijiet ta’ għasafar tal-għana.

Il-Kummissjoni kienet bagħtet avviż f’Ottubru 2014 li fih ħeġġet lill-gvern  biex ma terġax tintroduċi l-insib għall-għasafar tal-għana iżda madankollu Malta ssoktat bid-deroga kif kien ippjanat.

Il-Kummissjoni issa avżat lill-gvern li jekk Malta tonqos milli taġixxi f’dan ir-rigard fi żmien xahrejn, il-każ jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja.

More in Politika