Jingħad li aktar minn 56% tan-nies li jgħixu f’Malta jipparteċipaw f’xi forma ta’ logħob tal-azzard kull sena. Malta hija magħrufa għal każinos tagħha, b'dawk li baqgħu jinvestu u jimxu maż-żmien issa qed joffru wkoll is-servizzi tagħhom lil plejers online, b’każinos diġitali.
Bis-sit Statista jirrapporta li l-logħob tal-azzard se jilħaq aktar minn 350 miljun dollaru f’Malta sal-bidu tal-2025, m’hemm l-ebda dubju li l-logħob tal-azzard huwa industrija li tagħmel ħafna flus fil-pajjiż. Madankollu, il-mistoqsija tibqa’: Għandek tilgħab flusek f’Malta?
L-aħjar mod kif issir taf jekk għandekx tilgħab il-flus Malta huwa billi tħares lejn il-proċeduri li bihom il-każinos jakkwistaw il-liċenzja tagħhom. Meta tistaqsi lilek innifsek jekk għandekx tilgħab fluseb f’pajjiż, inti essenzjalment qed tistaqsi jekk huwiex sigur jew le. Dan l-artiklu se jispjegalek pass pass ir-regoli, u r-regolamenti li l-każinos huma obbligati jimxu magħhom.
Każino online jew live hu essenzjalment l-istess
L-ewwel ħaġa li tista' tkun qed taħseb hi kif il-każinos online f'Malta huma rregolati. Tista' taħseb li jistgħu jgħaddu minn aktar lakuni minn każinos fiżiċi iżda l-assunzjoni tiegħek tkun żbaljata. Malta hija pajjiż organizzat b’mod inkredibbli, allura għalkemm jista’ jkun hemm sfumaturi legali li huma differenti, ir-rigorożità u l-proċess biex il-każinos online jiksbu l-liċenzji tagħhom huma diffiċli bħal dawk fiżiċi.
Il-Proċess ta’ regolamentazzjoni
Din il-parti tal-artiklu hija importanti għalik, jekk trid tieħu nota. Ejja flimkien induru l-proċedura li l-każino jrid jgħaddi minnha biex lilek joffrilek is-servizzi tiegħu.
L-Att dwar il-Logħob f' Malta (2018) jiddetta li kwalunkwe entità li toffri servizzi tal-imħatri trid tikseb liċenzja. Dan ifisser li kwalunkwe każino online Malti li ssib, irid jgħaddi minn qafas legali biex jitħalla jopera. Din hija liċenzja li tinkludi kull tip ta’ logħob, tal-azzard u mħatri. Fil-fatt, huwa l-istess qafas illi jirregola entitajiet kemm fil-pajjiż u dawk li joperaw b’mod remot. Din hija prova oħra li każinos online huma sikuri daqs dawk fiżiċi.
Dawn il-liċenzji kollha huma mitluba jdkunu maħruġa u ffirmati mill-Awtorità Maltija tal-Logħob (MGA). B’hekk tista’ sserraħ rasek li kwalinkwe sit li se tagħżel huwa mħares mir-regolatur u inti sigur.
L-istess entità, ma toħroġx liċenzja u tħallik għal riħek, anzi josservaw is-siti kollha li fihom inti tiddeċiedi tilgħab flusek. L-MGA taħdem ukoll biex tfittex u tinvestiga attività kriminali jew azzjonijiet illegali.
Għalhekk, ejja ngħidu li l-każino li miegħu inti tilgħab bil-mod jibda’ jbiddel il-kunsizzjonijiet tiegħu, u inti m’inthiex konvint li għandek taċċettahom. L-MGA tħares u tassigura li l-każino mhux jiffabrika informazzjoni, u żżommok milli tilgħab f’ambjent frawdolenti jew illegali.
Qabel il-proċess jintemm, il-każino jgħaddi minn testijiet intensivi fejn kull parti tas-software u d-data tagħhom jiġu eżaminati, il-karti legali, it-termini u l-kundizzjonijiet jiġu analizzati sal-aħħar dettall u l-interface tal-logħob jiġi eżaminat bir-reqqa.
Il-proċess innifsu jieħu madwar 12 sa 16-il ġimgħa, skont dak li l-MGA trid tinvestiga. Dan huwa jekk l-affarijiet imorru ħarir, madankollu, jekk l-MGA tara xi difetti fl-applikazzjoni, għandhom id-dritt li jirrifjutawha. Affarijiet żgħar jistgħu jfixklu l-proċess, bħal każino online li m'għandux ir-reġistrazzjoni korretta tal-kumpanija, xi ħaġa li m’għandha x’taqsam xejn mal-MGA iżda xi ħaġa li tfixkel u ttawwal il-proċess. Dawn il-kumpaniji jistgħu jintalbu jibdew il-proċess kollu mill-ġdid.
Tipi ta’ liċenzji u tariffi
M’hemmx liċenzja illi titfa’ kollox fl-istess keffa. Iċ-ċertifikat li bih każino online jirċievi huwa wieħed ġenerali mill-MGA iżda mbagħad jinkludi fih in-niċċa speċifika li jittamaw li joffru s-servizzi tagħhom fiha. Hemm ħafna għażliet differenti disponibbli:
- Slot Games
- Random Number Generator Games
- Fixed-Odds Betting
- Peer-to-peer Games
- Sports Betting
Il-prezzijiet tat-tarrifi jiddependi skont ix-xewqa ta’ servizzi li jrid joffri l-każino, il-qies tal-operat, ix-xogħol li l-MGA trid tgħaddi minnu biex tagħti l-liċenzja, u aktar.
- It-tariffa tal-applikazzjoni tvarja bejn €25,000 u €500,000, għalhekk wieħed għandu jiżgura li għandu l-baġit biex jibda
- Tariffa tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija
- Kopertura tar-rekwiżit tal-kapital li tista' tilħaq sa 400,000 ewro. Ir-raġuni għaliex dan huwa daqshekk għoli hija biex l-MGA tkun taf li jekk il-każinò online jfalli, tal-inqas ikollhom il-fondi biex iħallsu lill-plejers tagħhom ir-rebħiet tagħhom.
- Tariffa ta' liċenzja annwali li hija rekwiżit
- Kwalinkwe taxxi korporattivi li jinħarġu mill-gvern ta’ Malta
Lest biex tilgħab?
Kif stajt taqra hawn, Malta timplimenta proċeduri stretti ħafna fejn jidħol logħob tal-azzard. F’idejk biex tiddetermina jekk tħossx li dan hu biżżejjed biex tilgħab ma’ xi sit f’Malta. Dejjem ftakar biex tilgħab b’responsabbiltà. Qatt tinvesti aktar milli għandek u qatt tqatta' aktar sigħat fuq sit milli għandek ħin għalih.