Għaliex l-imħatri tal-isport fuq il-mobajl saru l-moda ġdida fid-dinja tal-isport...

L-imħatri fi ħdan l-industrija tal-isport b'mod diġitali minn dejjem kienu popolari iżda jidher li dan l-aħħar qed jikbru fil-popolarità, mhux Malta biss iżda madwar id-dinja kollha

L-imħatri fi ħdan l-industrija tal-isport minn dejjem kienu popolari iżda jidher li dan l-aħħar qed jikbru fil-popolarità, mhux Malta biss iżfa madwar id-dinja kollha. Waħda mill-fatturi li qed twassal għal din iż-żieda hija l-fatt illi l-imħatri tal-isport huma ħafna aktar aċċessibbli mill-mod tradizzjonali li wieħed huwa mdorri bihom. 

Jekk hux onlajn jew permezz tal-mobile, illum il-ġurnata partitarji faċilment jistgħu jaċċessaw it-teknoloġija u jagħmlu l-imħatri li jixtiequ. Din tgħinhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-imħatri fuq xi tim sportiv faċilment. Dak li jkun, jista’ jitfa’ imħatra fuq it-tim sportiv favorit tiegħu, fuq timijiet jew fuq atleti, minn kull kantuniera tad-dinja... ikun xi jkun il-ħin. Dan ifisser li dawn il-persuni, fid-dinja teknoloġika ta’ llum, għandhom ferm aktar opportunitajiet li jagħmlu imħatri minn qatt qabel. 

Imħatri permezz tal-mobile joffru konvenjenza ħafna ikbar. Wieħed m’għandux għalfejn imur fil-ħanut tal-imħatri fir-raħal rispettiv tiegħu. Minflok, permezz tat-teknoloġija, wieħed jista’ jagħmel dan mill-kumdità ta’ daru. 

Esperjenza aktar pjaċevoli

Benefiċċju ieħor ta’ imħatri onlajn permezz tal-mobile huwa illi wieħed jista’ jagħmel imħatri fuq sport differenti minn pjattaforma waħda. Is-siti ta’ imħatri tal-isport jipprovdu wkoll l-informazzjoni relevanti biex wieħed jagħmel deċiżjoni informata u għaldaqstant tiżdiedlu ċ-ċans illi jirbaħ. Eżempju ta’ dan huma filmati ta’ logħob tal-futbol lokali li wieħed jista’ jara, fost oħrajn. Dwar dan ukoll, hemm numru ta’ apps li joffru dawn l-istess karattersitiċi, servizz li joffri esperjenza rikka lill-utenti tal-operaturi. 

Bonuses biex jattiraw il-klijenti, ikunu kompetittivi u joffru benefiċċji lil klijenti regolari

Minħabba l-fatt illi l-imħatri onlajn kisbu popolarità liema bħalha, diversi operaturi qed isibuha diffiċli li jibqgħu relevanti, jattiraw persuni ġodda filwaqt li jżommu lil dawk il-persuni li diġà jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom. Huwa proprju għalhekk li jiġu offruti bonuses attraenti jew promozzjonijiet speċjali għall-klijenti ġodda u dawk regolari. Dawn il-bonuses mhux biss jgħinu lill-operaturi jibqgħu relevati u jżommu l-kompetittività fis-suq, iżda joffru valur ġdid għall-klijenti tagħhom. 

Għaldaqstant, id-darba li jmiss li se tkun qed tagħmel imħatra permezz ta’ xi app jew sit, ivverifika jekk hemmx xi bonus lest jistennik. Bla dubju li dawn se jagħmlu l-imħatri aktar pjaċevoli u eċitanti. 

Dikjarazzjoni ta' ċaħda: Ilgħab b’mod responsabbli. Għall-għajnuna żur www.rgf.org.mt. Il-klijenti jrid ikollhom aktar minn 18-il sena. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

More in Kummer?jali