Nestlé Ice Cream tappoġġja lill-Malta Beach Soccer Association għat-tliet snin li ġejjin

Il-Malta Beach Soccer Association twaqqfet fl-2011 u għandha affiljazzjoni stabbli mal-Malta Football Association (MFA), il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u SPORTMALTA.

Carlos Abela, Kap Kummerċjali ta’ Nectar, flimkien ma’ Pio Vassallo, President tal-MBSA, wara li kien konkluż ftehim ta’ tliet snin biex Nestlé Ice Cream tkun bħala Platinum Sponsor
Carlos Abela, Kap Kummerċjali ta’ Nectar, flimkien ma’ Pio Vassallo, President tal-MBSA, wara li kien konkluż ftehim ta’ tliet snin biex Nestlé Ice Cream tkun bħala Platinum Sponsor

Il-marka ikonika Nestlé Ice Cream se tkun il-platinum sponsor tal-Malta Beach Soccer Association (MBSA) għas-snin 2020-2023.  Dan tħabbar minn Nectar Ltd, distributur esklussiv u rappreżentant tal-marka Nestlé Ice Cream f’Malta, u l-MBSA fi stqarrija konġunta maħruġa llum.

Il-Malta Beach Soccer Association twaqqfet fl-2011 u għandha affiljazzjoni stabbli mal-Malta Football Association (MFA), il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u SPORTMALTA.  F’Malta, minn żmien għal żmien, jkunu organizzati turnaments tal-beach soccer.  Il-logħba kienet l-aktar popolari fil-bidu u lejn l-aħħar tal-ewwel għaxar snin ta’ das-seklu, b’aktar minn 24 tim jieħdu sehem f’turnament Malti ta’ erba’ ġimgħat organizzat f’diversi bajjiet madwar Malta.

Pio Vassallo, President tal-MBSA, qal: “L-Assoċjazzjoni tagħna tapprezza l-appoġġ prezzjuż li l-marka Nestlé Ice Cream qed testendi lill-MBSA u lit-turnaments tagħha għat-tliet snin li ġejjin.  Meta wieħed jikkunsidra li l-beach soccer għadu sport relattivament ġdid għal pajjiżna, b’din l-għajnuna finanzjarja, l-MBSA se tkun qed iżżid l-għarfien tal-beach soccer madwar Malta, filwaqt li tiffoka fuq l-istabbiltà u t-tkabbir tal-organizazzjoni skont il-pjan strateġiku 2020-2024.  Wara l-assigurazzjoni ta’ appoġġ għal tliet snin minn Nestlé Ice Cream, l-MBSA issa tista’ taħdem fuq is-sostenibbiltà għat-tul billi tħeġġeġ it-tkattir ta’ akkademji tal-beach soccer, għax dawn jistgħu jipprovdu opportunitajiet kemm ta’ taħriġ kif ukoll ta’ żvilupp.  Aktar minn hekk, jekk il-COVID-19 jippermetti, din is-sena se norganizzaw it-Turnament Nazzjonali tal-Beach Soccer bejn is-27 ta’ Awwissu u s-6 ta’ Settembru.”

Carlos Abela, Kap Kummerċjali ta’ Nectar, qal: “Nestlé Ice Cream diġà għandha reputazzjoni u rikonoxximent b’saħħithomf’Malta, li ta’ kull sajf ikunu msaħħa aktar permezz tal-introduzzjoni ta’ għażliet ġodda u eċċitanti ta’ ġelati differenti.  Nectar Ltd tantiċipa li dan l-isponsorship se jkompli jsostni l-popolarità ta’ Nestlé Ice Cream, filwaqt li jagħti impetu ġdid u dinamiku għall-beach soccer bħala riżultat tal-pjan strateġiku ta’ tliet snin tal-Malta Beach Soccer Association.”

L-MBSA, flimkien mal-MFA u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, se jkunu qed jorganizzaw in- Nestlé Ice Cream Beach SoccerTournament għal plejers irġiel u nisa fi Pretty Bay, f’Birżebbuġa. Logħbiet ta’ esibizzjoni se jintlagħbu mit-Tim tan-Nisa u l-eks-Tim Nazzjonali, filwaqt li turnaments se jsiru wkoll għall-plejers femminili tal-U/12 u l-U/15.  Il-finali huma skedati għas-Sibt, 5 ta’ Settembru.  Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hi l-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu.  Il-pubbliku jista’ jattendi bla ħlas.  Minbarra trofej u midalji għat-timijiet rebbieħa, se jkun hemm divertiment u ħafna premjijiet oħrajn x’jintrebħu.

Għal aktar tagħrif dwar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Beach Soccer, jew biex tapplika għan- Nestlé Ice Cream Beach SoccerTournament, persuna tista’ tibgħat imejl fuq [email protected], żur il-paġna Facebook tal-Assoċjazzjoni fuqhttps://www.facebook.com/Malta-Beach-Soccer-189436831172277/ jew żur il-paġna Instagram @Malta Beach Soccer.

More in Kummer?jali