Jibda l-Proġett Zero Waste Future bi studju ta’ karatterizzazzjoni tal-iskart ġewwa l-Birgu

Dan il-proġett jindirizza l-kwistjoni serja tal-iskart kemm fuq l-art u fil-baħar

Il-proġett pijunier Żero Waste Future immexxi minn AKTI Project & Research Centre u ffinanzjat mill- Coca-Cola Foundation, għandu l-għan li joħloq qafas għal Zero Waste City & Zero Waste Campus.

Dan il-proġett jindirizza l-kwistjoni serja tal-iskart kemm fuq l-art u fil-baħar permezz ta' studju ta’ karatterizzazzjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ fuq il-post u kampanji edukattivi fl-iskola dwar l-importanza li jintrema u jiġi riċiklat l-iskart b'mod responsabbli.

Dan il-proġett ta’ riċerka dwar l-iskart huwa mmexxi mill-għaqda mhux governattiva Ċiprijotta AKTI, li tispeċjalizza fis-separazzjoni tal-iskart, wera li fil-Birgu, id-djar kważi kollha qed jisseparaw l-iskart. Min-naħa l-oħra ħafna mis-sidien tan-negozji fil-Birgu għadhom mhumiex jisseparaw l-iskart. Iċ-Chairperson u l-Inġinier tal-AKTI, Xenia Loizidou, qalet li tinsab impressjonata mmens bir-riżultati tas-separazzjoni tal-iskart fid-djar tal-Birgu.

"Aħna għażilna l-Birgu sabiex nagħmlu l-ewwel karatterizzazzjoni ta’ l-iskart li qatt sar f'Malta. Skond l-ewwel riżultati jidher biċ-ċar li l-familji tal-Birgu qiegħdin verament jirriċiklaw l-iskart tagħhom b’mod responsabli u aħna ninsabu impressjonati b’dawn ir-riżultati.’’

Is-Sindku tal-Birgu, John Boxall, qal li jinsab sodisfatt ħafna li fid-djar tal-Ġirbin qed issir separazzjoni tal-iskart. Sostna li hemm bżonn tittieħed azzjoni biex anke s-sidien tan-negozji jifmhu l-importanza ta dan l-impenn ċiviku.

“Irrid nagħmel appell lill-Gvern li bħalma saret il-liġi għar-residenti, trid issir liġi oħra għal tal-ħwienet. Għax allura meta qed jitħallat kollox, minkejja li r-residenti qed jobdu l-istruzzjonijiet, allura mbagħad għandek entitaijiet fil-lokalità, qed nirreferi għall-businesses li mis-samples li ħadna mhux qegħdin jobdu.”

Stephen Bonnici mill-GSD Marketing qal li. “Dan il-proġett huwa investiment ieħor importanti mill-Fondazzjoni Coca-Cola f'Malta.Il-proġett għandu 4 aspetti. Għandu l-aspett ta’ waste characterization fejn qed jinfetħu l-boroż taż-żibel biex wieħed jara xi jkun fihom il-boroż ġol-kunsill lokali tal-Birgu, ħa jkun hemm l-installazjoni ta’ kontenituri tal-iskart għar-riċiklaġġ fuq il-post, u se jkun hemm ukoll numru ta’ beach clean ups, kif ukoll kampanja edukattiva mmnedija mil-NGO lokali Nature Trust.”

Il-proġett se jniedi ukoll Zero Waste Campus biex jitnaqqas l-iskart fuq il-kampus tal-MCAST. Minbarra dan l-studju ta’ karatterizzazzjoni ta' l-iskart li se jibqa’ għaddej  fil-Birgu, il-programm Zero Waste Future se jkun preżenti fl-attivita Science in the City li se ssir fil-Belt Valletta fit-28 ta’ Settembru. Kun żgur li żżur l-istand tagħna sabiex titgħallem aktar dwar kif tista’ tikkontribwixxi għal Zero Waste Future, għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

More in Kummer?jali