filmat | Mod ġdid ta' distribuzzjoni tad-direttorju minn Yellow...ħares 'il fuq meta jasal

Innovazzjonijiet fit-Titjir minn Yellow

Kulħadd iħobb id-direttorju tal-Yellow, le? U mid-dehra fix-xhur li ġejjin se jkollna nħarsu ‘l fuq għal mod uniku ta’ tqassim fl-ajru tal-edizzjoni li jmiss tal- ktieb tal-Yellow.

Fil-fatt, in-nies ta’ Yellow qegħdin jiżviluppaw mod ġdid kif iqassmu l-aktar direttorju popolari f’Malta u Għawdex. Huma jafu li ‘l fuq minn 55% tal-Maltin u l-Għawdxin ifittxu l-ewwel lil Yellow biex isibu kull tip ta’ negozju, servizz jew kumpanija. Għalhekk huma qegħdin jevolvu l-mod tat-tqassim tagħhom sabiex aħna nirċievu l-edizzjoni li jmiss bil-kumdità u fil-ħin.

Yellow se jużaw it-teknoloġija tad-drone sabiex iwasslu d-direttorji l-ġodda sal-bieb tagħna mingħajr ebda periklu. It-tqassim ser idum anqas minn 30 minuta minn x’ħin jitlaq mill-uffiċċju ta’ Yellow sa ma jasal f’darek, tgħix fejn tgħix f’Malta jew Għawdex. Fil-fatt, in-nies ta’ Yellow diġà  qegħdin isejjhulu ‘Yellow Air.’

Din is-sistema awtomatika għandha l-għan li tnaqqas it-traffiku fit-toroq ta’ Malta. Din tuża l-iktar teknoloġija riċenti tal-GPS biex tqassam il-Yellow sal-għatba tiegħek. L-ambjent huwa prijorita` għalina, u għalhekk id-direttorju tiegħek se jiġi mqassam f’kaxxa li tiflaħ addattata li tiflaħ għall-elementi, fejn tista’ ukoll tirriċikla d-direttorju l-antik u jtir lura għall-uffiċċju ta’ Yellow.

Il-provi tat-tqassim fl-ajru diġa beda, b’kopji antiki li qegħdin jitqassmu lil numru ta’ klijenti. Iżda dalwaqt id-direttorji ta’ Yellow se jibdew jiġu mqassma permezz tad-drones fuq skala nazzjonali. Jekk inti interessat li tirċievi id-direttorju tiegħek ta’ Yellow permezz ta’ Yellow Air, kull ma trid tagħmel hu li tniżżel il-Yellow App. Għażel data u ħin l-aktar konvenjenti għalik biex tirċievi d-direttorju.

Aħna nafu kemm hu konvenjenti u utilizzat id-direttorju ta’ Yellow, u għalhekkqegħdin niġbru l-informazzjoni u nespandu l-beta test sabiex intejbu s-sistema tat-tqassim.

L-għajnuna tiegħek permezz tal-Yellow Air App hija parti indispensabbli għall-proċess u metodu assigurat biex tkun ċert li d-direttorju ta’ Yellow li jmiss jasal għandek mis-sema mingħajr periklu.

Niżżel il-Yellow App minn www.yellow.com.mt/app u rreġistra issa.

More in Kummer?jali