Din is-sena timmarka il-52 edizzjoni tat-titlu nazzjonali Miss Malta. Dan l-avventiment prestiggjuz huwa organizzat minn Glow Promotions immexxija minn Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza. Ghoxrin finalista qieghdin jiehdu sehem fejn kollha qieghdin jirrapprezentaw lokalita` differenti minn madwar Malta u Ghawdex.
It-tlett rebbieha principali ser ikollhom l-opportunita` li jirrapprezentaw lil Malta f’konkorsi internazzjonali fosthom Miss Grand International gewwa it-Tajlandja u Miss Supranational gewwa l-Polonja. Miss Malta ser jinghatawlha bosta rigali u sena mimlija intervisti fuq televizjoni, gazzetti, rivisti u aktar.
Pearl Haber, mill-Furjana, li kienet ir-rebbieha tas-sena l-ohra, ser iccedi ir-renju taghha nhar is-Sibt 6 ta’ Gunju 2015 gewwa GrandMaster’s Suite, Hilton Malta. Is-serata ser tixxandar diretta fuq l-istazzjon One.
Ghal aktar informazzjoni rigward il-kontestanti jew dwar il-biljetti tas-serata finali zur il-pagna ta Facebook Miss Malta