Uffiċċju Reġjonali tal-Middlesea Group ġewwa Birkirkara

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna reċentement inawgura uffiċjalment l-Uffiċċju Reġjonali ta’ Middlesea Insurance u MSV Life, f’Birkirkara, flimkien maċ-Chairman Martin Galea , il-President u ĊEO ta ‘ Middlesea Insuranċe plċ Alfredo Muñoz Pérez , u s-ĊEO ta’ MSV Life David Ċurmi .

Alfredo Munoz sostna li filwaqt li spiss jingħad li s-suq lokali tal-assigurazzjoni huwa diġà saturat bi ftit jew ebda lok għal tkabbir, hija l-missjoni tal-kumpanija li turi li dan mhux minnu. Dan se jsir permezz ta’ strateġija li biha tersaq eqreb lejn il-klijent kif ukoll l-introduzzjoni ta’ prodotti u servizzi aktar innovattivi, bl-appoġġ tal-kompetenzi internazzjonali miksuba mill Grupp MAPFRE, wieħed mill–ikbar gruppi tal-assigurazzjoni fid-dinja, li hu l-azzjonist maġġoritarju tal-Middlesea. 

David Ċurmi qal li l-istrateġija tal-MSV li tagħti importanza assoluta lill-klijent, diġà qed turi r-riżultati hekk kif fl-2014 , il-kumpanija kibret id-doppju tar-rata tas -suq. Huwa esprima ottimiżmu dwar is-suq lokali speċjalment fir-rigward tas-settur tal-pensjonijiet , fejn diġà bdiet il-ħidma fuq prodotti ġodda f’konformita mar-reġim regolatorju l-ġdid.

Matul l-indirizz tiegħu, il-Ministru Scicluna faħħar l-inizjattiva ta’ Middlesea u stqarr li: “Huwa dejjem inkoraġġanti li operaturi lokali jinvestu fit-tkabbir, jiftħu uffiċini ġodda, jersqu iktar viċin il-klijenti tagħhom , u jwasslu għall-iktar tkabbir ekonomiku.”

L-Uffiċċju Reġjonali, li jinsab fi Triq Wignaċourt, Birkirkara, joffri one stop shop għall-prodotti ta’ assigurazzjoni, fejn tim speċjalizzat jassisti lill-klijenti f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal- assigurazzjoni, protezzjoni, tfaddil, investimenti u tfaddil għall-irtirar, jiggwidahom lejn il- prodotti li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom - filwaqt li jipprovdu wkoll assistenza f’każ ta’ claims. Dan l-uffiċċju reġjonali joffri ukoll l-opportunità li klijenti jieħdu l-karozza tagħhom hemm sabiex jaraha surveyor. Dan jippermetti lill-klijenti li jevitaw l-inkonvenjenza li jħallu l-karozza tagħhom għand il-mekkanik u minflok jistgħu imorru għand is-surveyor fl-iktar ħin konvenjenti għalihom.

More in Kummer?jali