Ryanair qed tippjana li toffri titjiriet 'low-cost'bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti

Il-kumpanija tal-ajru Irlandiża qed taħdem li jkun hemm konnessjonijiet ma' New York, Chicago u Boston fost oħrajn

Titjiriet transatlatiċi jistgħu jkunu inqas għoljin

Fl-istati Uniti tħabbar li Ryanair li huma msemmija għal titjiriet irħas fl-Ewropa approvaw pjan ta' negozju li jridu jkabbru r-rotot tagħhom għal madwar 14-il belt fl-Istati Uniti. "Qed niddiskutu mal-manifatturi tal-ajruplani biex ikollna ajruplani ta' titjiriet twal iżda mhux se nikkumentaw aktar," qalet il-kumpanija fi stqarrija.

Id-destinazzjonijiet se jinkludu New York City, Chicago, Boston u Miami bit-titjiriet jitilqu minn Dublin, Berlin u London Stanstead

Din l-espansjoni mhux mistennija ssir qabel 4 jew 5 snin oħra iżda l-kumpanija qalet li lesta tipprovdi prezzijiet irħas ta' $21 'one way'. iżda prezzijiet oħra jkunu ħafna ogħla wkoll. 

Hemm low cost airlines oħra li ppruvaw jagħmlu dan iżda fallew fit-tentattivi tagħhom għax ma setgħux ikampaw mal-prezzijiet tas-servizz. Il-kumpanija Norveġiża Air Shuttle bdew itiru minn Gatwick għal New York fl-2013 iżda din il-kumpanija illum qed tipprova tkompli tkampa, skont il-ġurnal 'The Guardian'

Iżda anke jekk il-kompetituri tagħhom fallew fil-passat, il-kap tal-marketing ta' Ryanair, Kenny Jacobs qal lill-Financial Times li hu kunfidenti li l-kumpanija tista tagħmel suċċess li timplimenta titjiriet transatlantiċi.

"Qagħdna attenti u studjajna dak li għamel ħaddieħor fl-aħħar 12-il xahar u issa nafu aktar kif nistgħu nvaraw dan il-proġett u nbigħuh fis-suq dinji tal-ivjaġġar."

 

 

More in Kummer?jali