Ħsara teknika taffettwa servizzi tal- GO

GO qalet li timijiet tekniċi qed jaħdmu biex is-servizzi jiġu rrestawrati kemm jista’ jkun malajr, wara interruzzjoni li qed taffettwa ċerti servizzi 

​GO qed tesperjenza interruzzjoni f’ċerti servizzi tal-vuċi u d-data minħabba ħsara teknika.

Il-kumpanija qalet fi stqarrija li t-timijiet tagħha jinsabu fuq il-post u qed jaħdmu biex is-servizz jiġi rrestawrat kompletament kemm jista’ jkun malajr.

GO skużat ruħha għall-inkonvenjent u qalet li se tibqa’ taġġorna lill-klijenti hekk kif ikun hemm aktar żviluppi.

More in Kronaka