Transport Malta twissi dwar scam fuq multi tat-traffiku mhux imħallsa

Transport Malta wissiet lill-pubbliku dwar messaġġi frawdolenti li qed jintbagħtu dwar allegati multi tat-traffiku mhux imħallsa u appellat biex il-pubbliku ma jiftaħx links suspettużi

Transport Malta wissiet lill-pubbliku dwar scam ġdid li qed jiġi ċċirkolat permezz ta’ messaġġi li jallegaw li persuni għandhom multi tat-traffiku mhux imħallsa.

Fi stqarrija, l-awtorità appellat lill-pubbliku biex jinjora dawn il-messaġġi u ma jiftaħ l-ebda link li jkun fihom.

Il-messaġġi qed jallegaw li r-riċevitur għandu multi pendenti marbuta mal-liċenzja personali tiegħu u jwissu li jekk dawn ma jitħallsux fi żmien 15-il jum, il-każ jitressaq il-Qorti u l-flus jitnaqqsu awtomatikament mill-kont bankarju personali.

Nhar it-Tlieta, Transport Malta kkonfermat li l-awtoritajiet relevanti qed jinvestigaw il-każ.

L-awtorità appellat lill-pubbliku biex joqgħod attent għal komunikazzjonijiet suspettużi u juża biss il-kanali uffiċjali għal kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ multi jew servizzi ta’ Transport Malta.

More in Kronaka