Il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg appella għal intervent tal-Unjoni Ewropea sabiex jitneħħa l-periklu għas-sigurtà u l-ambjent ikkawżat mit-tanker Russu li qiegħed , Arctic Metagaz, nhar il-Ħamis.
Borg kien qed jindirizza lill-mexxejja sħabu f'summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell qabel laqgħa tal-Kunsill Ewropew aktar tard illum.
"Tlabt lill-kollegi tiegħi tal-PPE, l-istess bħalma Malta għamlet il-parti tagħha meta kien hemm bżonn, issa bħala unjoni għandna nikkollaboraw u nsolvu din il-problema bi pjan ċar biex inneħħu l-periklu, filwaqt li l-ebda pajjiż ma jkun mistenni li jġorr il-piż waħdu," qal Borg.
L-Arctic Metagaz huwa trasportatur tal-gass naturali likwifikat (LNG) li jopera taħt il-bandiera Russa. It-tanker jifforma parti mill-flotta parallela tar-Russja, maħsuba biex tevita s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u tal-Unjoni Ewropea.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-vapur intlaqat minn dak li huwa maħsub li huma drones marittimi waqt li kien qed ibaħħar lejn ix-Xlokk ta' Malta. Splużjoni u nar abbord iddiżattivaw il-vapur, li ġie abbandunat mill-ekwipaġġ tiegħu u issa qiegħed ibaħħar bla ewkipaġġ fil-Mediterran ċentrali. Ir-Russja allegat illi l-Ukrajna hija responsabbli għall-attakk. Huwa mifhum li l-vapur għad għandu tagħbija ta’ LNG u żejt karburant, illi jioħloq periklu għal splużjoni u għal tniġġis ambjentali.
L-Arctic Metagaz ilbieraħ daħal fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ tal-Libja. Il-vapur ġie mmonitorjat minn ajruplani militari Taljani u Maltin.
Borg insista fuq il-ħtieġa għal koordinazzjoni Ewropea aktar effettiva biex jiġu ssalvagwardjati l-ibħra, is-sigurtà tal-provvisti, u l-ambjent.
Il-Prim Ministru Malti Robert Abela u l-mexxejja tal-Italja, Spanja, Greċja u Ċipru huma mistennija li jqajmu l-kwistjoni tal-Arctic Metagaz fis-summit tal-mexxejja aktar tard illum, wara li bagħtu ittra konġunta lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen nhar l-Erbgħa.