Europa Nostra tgħid li l-barracks ta’ Fort Chambray huma fost l-aktar siti pperikolati fl-Ewropa

Il-president ta’ Din L-Art Ħelwa, Patrick Calleja, iwissi li t-theddida għas-sit mhix ġejja minn fatturi naturali iżda minn ‘interessi spekulattivi’ li jirriżultaw minn żvilupp privat, u kkritika r-rilokazzjoni ppjanata tal-faċċata tal-barracks bħala mossa li tittratta l-wirt bħal ‘prop ta’ palk tat-teatru’

Il-Forti Chambray, Għajnsielem, Għawdex.
Il-Forti Chambray, Għajnsielem, Għawdex.

Il-barracks storiċi Brittaniċi ta’ Fort Chambray ġew skrutinizzati mill-ġdid wara li tqiegħdu fuq lista mqassra ta' seba’ siti ta’ wirt l-aktar ipperikolat fl-Ewropa. Din il-lista hija maħsuba sabiex tiġbed l-attenzjoni lejn postijiet f’riskju bl-għan illi tappoġġja l-isforzi ta’ preservazzjoni.

Wara t-tħabbira, Calleja kkritika lill-Awtorità tal-Ippjanar talli approvat pjanijiet li jippermettu li 85% tal-barracks jitwaqqgħu bħala parti minn żvilupp mill-ġdid tas-sit ta' Fort Chambray

Huwa wissa li l-faċċata bl-arkati tal-istruttura mistennija tiżżarma u tiġi mċaqalqa fuq wara tas-sit “bħal xi prop tal-palk tat-teatru” sabiex ir-residenti futuri jkunu jistgħu jgawdu veduti tal-baħar aktar ċari.

Huwa enfasizza li t-theddida li qiegħed jiffaċċja l-kumpless hija b'konsegwenza ta' attitivajiet tal-bniedem aktar milli dawk ambjentali, filwaqt li nnota li appell kontra l-permess għadu pendenti u insista mal-attivisti sabiex jibqgħu jittamaw li d-deċiżjoni tista’ tiġi revokata. Calleja ddeskriva l-bini bħala storikament uniku, u qal li kien l-ewwel kwartieri Brittaniku għall-miżżewġin tat-tip tiegħu fil-Commonwealth u aktar tard serva bħala sptar matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, meta Malta kienet imsejħa l-“Infermiera tal-Mediterran.”

Il-korp tal-wirt Ewropew qal li l-barracks jirrappreżentaw eżempju rari tal-arkitettura militari Brittanika tas-seklu 19 u jiffurmaw parti mill-istorja soċjali u militari ta’ Malta, iżda issa qed jiffaċċjaw qerda imminenti.

Europa Nostra nnutat li l-barracks, eżempju tipiku tal-arkitettura militari Brittanika, jibqgħu xhieda tal-istorja militari u soċjali ta’ Malta, iżda issa qed jiffaċċjaw qerda imminenti. L-organizzazzjoni tagħti €10,000 lil kull sit fuq il-lista sabiex tgħin fl-isforzi ta’ konservazzjoni.

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp f’Fort Chambray, f’Diċembru 2024, li jinvolvi t-twaqqigħ u ż-żarmar ta’ barracks tal-era Brittanika tas-seklu 19.

Il-proġett se jinkludi aparthotel ta’ 5 stilel b’64 kamra, 50 appartament bis-servizzi, u 105 unitajiet residenzjali. Il-permess inħareġ wara li kumitat parlamentari bipartisan, inklużi kemm membri parlamentari tal-gvern kif ukoll tal-oppożizzjoni, approva unanimament emenda għall-konċessjoni oriġinali tal-2005.

Din id-deċiżjoni effettivament ippermettiet lill-konċessjonarju għal żmien twil, in-negozjant Għawdxi Michael Caruana (magħruf bħala 'il-Billi'), sabiex ibigħ id-drittijiet tas-sit lil grupp ġdid ta' investituri. Il-konsorzju l-ġdid imsejjaħ BBTGozoFortLimited jinkludi TUM Invest, BT Group, Burmarrad Group, u l-V&C Group.

More in Kronaka