Imut l-attur Val Kilmer li ħadem f'films bħal Top Gun u Batman Forever

L-attur ilu jbati b'saħħtu, tant li fl-2014 irċievi l-aħbar kerha li kellu kanċer fil-gerżuma

Val Kilmer meta kien iżgħar
Val Kilmer meta kien iżgħar

Val Kilmer, l-attur magħruf għall-irwol tiegħu f'films bħal Top Gun, Batman Forever, u The Doors, miet ta' 65 sena bil-pulmonite.

Kilmer, li twieled f'Los Angeles fl-1959, beda l-karriera tiegħu fit-teatru qabel ma kiseb fama internazzjonali permezz ta' rwoli ikoniċi bħal Iceman f'Top Gun u Jim Morrison f'The Doors.

Fl-2014, Kilmer irċieva aħbar kerha meta sar jaf li kien qed ibati bil-kanċer tal-gerżuma, iżda kompla jirreċta minkejja l-isfidi tas-saħħa tiegħu. Fil-fatt, reġa' ħadimha ta' Iceman fis-sequel Top Gun: Maverick.

Kilmer kien magħruf għall-mod intens tiegħu kif jaħdem il-films tal-action u ħalla impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-films. L-attur ċelebri jibqa' mfakkar għall-versatilità u d-dedikazzjoni tiegħu għall-arti.

More in Kronaka