‘Erġajna koppi’ – ‘Il fuq minn 90% ta’ taxis sospiżi jerġgħu fit-toroq

‘Il fuq minn 90% tax-xufiera li kellhom il-liċenzja sospiża issa reġgħu qed joperaw, hekk kif is-suq tat-taxis lokali reġa’ lura għall-istat li kien ftit ta’ xhur ilu, skont il-Light Passenger Operators Association

‘Il fuq minn 90% tax-xufiera li kellhom il-liċenzja sospiża issa reġgħu qed joperaw, hekk kif is-suq tat-taxis lokali reġa’ lura għall-istat li kien ftit ta’ xhur ilu.

Dan qalitu fi stqarrija, il-Ħadd li għadda, l-Assoċazzjoni tal-Operaturi tal-Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar (Light Passenger Operators Association, jew LPOA). “Minn 1400 karozza tal-Y-plate sospiża, aktar minn 90% diġà qed joperaw,” l-assoċazzjoni qalet.

Kelliem għal-lobby tat-taxis qal lill-gazzetta oħt, MaltaToday, li huma maħruqin bin-nuqqas ta’ trasparenza ta’ Transport Malta. Il-kelliem irrimarka li filwaqt il-gvern ra li l-pubbliku jkun jaf bl-infurzar kontra x-xufiera permezz ta’ kampanja fuq il-midja, l-assoċazzjoni skopriet minn diversi xnigħat li 90% tal-operaturi reġgħu qed joperaw.

Sorsi interni qalu li mit-Tnejn filgħodu s-suq tat-taxis reġa’ mtela b’iktar xufiera minn kemm hemm bżonn—l-istess kif kien ftit xhur ilu qabel ma Transport Malta bdiet taġixxi kontra operaturi li ma kinux konformi mal-liġi. Huwa mifhum li r-raġuni għalfejn l-operaturi reġgħu qed jaħdmu huwa għaliex qed jisfidaw is-sospensjonijiet ta’ Transport Malta fil-qrati.

F’Jannar ta’ 2025, Transport Malta bdiet taġixxi b’mod iktar sever kontra l-operaturi li injoraw regolamenti li jirrikjedu li x-xufiera jipparkjaw il-vetturi tagħhom f’garaxxijiet għas-servizz pubbliku.

F’Ottubru 2023, Transport Malta ħabbret regolamenti ġodda mmirati lejn operaturi b’ħames vetturi jew iktar fil-flotta tagħhom, bil-għan li jillimitaw l-abbuż fis-settur. Dawn l-operaturi kienu ordnati biex jiggaraxxjaw il-vetturi tagħhom meta mhux qed jiġu użati u kellhom 12-il xahar biex jobdu.

Minkejja dal-perjodu ta’ grazzja twil sena, numru ta’ operaturi xorta ma kellhomx il-garaxxijiet meħtieġa. Minħabba f’hekk, Transport Malta tathom estensjoni sal-aħħar tal-2024. Ix-xufiera kienu mistennija jissottomettu applikazzjoni biex juri li applikaw għal garaxx għas-servizz pubbliku.

Dawk li urew lil Transport Malta li kienu qed jaħdmu biex ikollhom garaxx għas-servizz pubbliku ġew informati li għandhom ikollhom permess approvat sat-18 t’April 2025.

Fis-7 ta’ Jannar 2025, Transport Malta ssospendiet mad-69 liċenzja t’operaturi diversi talli ma sottomettewx l-applikazzjoni meħtieġa. Ftit jiem wara, f’Jannar 23, Transport Malta ssospendiet il-liċenzja tal-ikbar kumpanija tat-taxis f’Malta, WT Global, kif ukoll il-liċenzja ta’ żewġ kumpaniji oħrajn talli għamlu dikjarazzjonijiet qarrieqa, fejn niżżlu indirizzi foloz taparsi huma garaxxijiet għas-servizz pubbliku.

More in Kronaka