Raġel armat b'sikkina jidħol jhedded kaxxier u jisraq mill-ħanut

Il-kaxxier ta' 20 sena sofra xi ġrieħi ħfief

Kaxxier sofra ġrieħi ħfief waqt serqa minn ħanut f'Ħaż-Żebbuġ li seħħet ilbieraħ filgħaxija f'Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:00pm fi Vjal il-Ħelsien.

Skont il-Pulizija raġel mgħammad u armat b'sikkina, daħal fil-ħanut fil-ħin li fih kien hemm biss il-kaxxier.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq xi oġġetti. 

Il-kaxxier ittieħed iċ-ċentru tas-saħħa fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Kronaka