Katavru ta' mara jittella' mill-baħar f'Marsalforn

Il-katavru nstab fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni u għalhekk l-identità għadha mhijiex magħrufa

Mara ttellgħet mingħajr ħajja mill-baħar fl-inħawi ta' Marsalforn.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma mas-sit illum.com.mt, li l-katavru ntlemaħ għall-ħabta tal-11.15am.

Issejħet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta' Malta li tellgħu l-katavru li ddaħħal fil-Port tal-Imġarr.

L-identità tal-mara għadha mhijiex magħrufa anke għax il-katavru nstab fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Bridgette Sultana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

More in Kronaka