Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-Ħamrun

Il-ħaż seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. 

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:00pm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Sirjan ta’ 18-il sena residenti l-Fgura, ittajjar minn vettura li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti l-Imsida. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. 

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

More in Kronaka