Iweġġa' gravi wara li waqa f'barriera fis-Siġġiewi

Il-każ seħħ f'barriera li tinsab fi Triq Lapsi

Raġel weġġa' gravi wara li waqa f'barriera li tinsab fis-Siġġiewi.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq Lapsi.

Jidher li r-raġel, li għandu 57 sena, waqa' madwar sular.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

More in Kronaka