Raġel salvat wara li waqa' minn fuq l-irdum ta' Ħad-Dingli

Ir-raġel ittella' lura minn taħt l-irdum permezz ta' ħelikopter

Raġel Olandiż waqa’ minn fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli u kellu jittella’ permezz ta’ ħelikopter mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar, bil-Forzi Armati jispjegaw kif immedjatament bagħtet fuq il-post il-bastiment MELITA 2 u anke ħelikopter.

Eventwalment ir-raġel instab u ġie salvat.

Huwa ttieħed Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.

More in Kronaka