Bugħaddas jitlef ħajtu waqt li kien qed jogħdos f'Wied iż-Żurrieq

Membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar ipprovaw jagħti l-ewwel għajnuna lill-anzjan fuq il-post stess

Anzjan ta' 66 sena tilef ħajtu  wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.

Il-każ seħħ ilbieraħ meta l-Pulizija kienet infurmata li l-anzjan sab ruħu f’diffikultà u kien qed jingħata l-assistenza fuq il-post minn membri tas- Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar.

Huma baqgħu jassitu sakemm wasal tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.

More in Kronaka