Partitarju arrestat wara li xegħel flare u tefgħu fil-ground f'Ta'Qali

Huwa pprova jaħrab u anke jirreżisti l-arrest, iżda nżamm mill-Pulizija

Raġel ta' 34 sena ġia arrestat ilbieraħ filgħaxija waqt logħba futbol fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta’ Qali.

Waqt li kienet għaddejja l-logħba, ir-raġel xegħel flare  u wara tefgħu fil-ground.

Dan il-materjal huwa llegali u lanqas biss suppost iddaħħal fil-ground.

Il-Pulizija analizzat filmati u ġie individwat mill-ewwel il-partitarju, Serb ta' 34 sena.

Huwa pprova jaħrab u anke jirreżisti l-arrest, iżda nżamm mill-Pulizija.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti dalgħodu.

More in Kronaka