Żewġ persuni jweġġgħu gravi wara inċident bil-quadbike f'Għawdex

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Ġebla tal-Ġeneral f’San Lawrenz

Żewġ persuni weġġgħu gravi wara inċident li kellhom bil-quadbike.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Ġebla tal-Ġeneral f’San Lawrenz.

Jidher li Taljan ta’ 37 sena, li kien qed isur il-quadbike, tilef il-kontroll u ħabat ma’ ħajt. Miegħu kellu passiġġiera mara, Taljana wkoll, ta’ 42 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka