Pulizija off-duty jittajjar minn raġel li l-Pulizija pprovat twaqqaf iżda baqa' sejjer

Waqt l-inċident ġew sparati wkoll xi tiri

(Ritratt ta' James Bianchi)
(Ritratt ta' James Bianchi)

Uffiċjal tal-pulizija off-duty ttajjar minn sewwieq li l-pulizija pprovaw iwaqqfu fil-Marsa, f'inċident li matulu saħansitra ġew sparati wkoll xi tiri.

Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, viċin iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-pulizija pprovaw iwaqqfu l-vettura tat-tip Hyundai Lantra, imma x-xufier baqa' jsur u laqat uffiċjal tal-pulizija.

Jidher li r-raġel, Malti residenti l-Belt Valletta, kien qed ikun infittex mill-Pulizija b'rabta ma' diversi reati kriminali li seħħet fi Triq il-Mitħna f'Ħal Qormi.

Eventwalment, ix-xufier kien arrestat f'Raħal Ġdid wara li l-Pulizija baqgħet tiġri warajh għal madwar siegħa. Huwa saq b'mod perikoluż u xi drabi anke kontra d-direzzjoni tat-traffiku. Il-karozza waqqfet hekk kif il-Pulizija kienu kostretti jisparaw xi tiri lejn it-tyre.

Il-pulizija milqut, li aktar tard kien identifikat bħala Kuntistabbli tal-Pulizija ta' 25 sena li kien off-duty u li nzerta kien għaddej mill-akwati bil-mutur personali tieħu, ittieħed Mater Dei fejn kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Kreditu għar-ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Kreditu għar-ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

More in Kronaka