Raġel ta' 30 sena jsofri minn ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 a.m il-Pulizija kienu msejjħa jassistu f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Gżira.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Lexmoto Valiant 125 misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann u Daihatsu Terios misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka