Anzjan jitlef ħajtu f'Ta' Kerċem wara li waqa' ġo għalqa

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Għar Ilma

Anzjan tilef ħajtu dalgħodu wara li waqa' madwar sular għal ġo għalqa f'Ta' Kerċem.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Għar Ilma.

Malli l-Pulizija waslet fuq il-post ġiet infurmata li anzjan ta' 74 sena, residenti r-Rabat, waqa’ għoli ta’ kważi sular għal ġo għalqa minn trejqa biswit l-istess għalqa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka