Tfajla fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur li kienet passiġġiera fuqu

Il-każ seħħ fi Vjal Indipendenza fil-Mosta

Ritratt: Uffiċċju Kommunikazzjoni tal-Pulizija
Ritratt: Uffiċċju Kommunikazzjoni tal-Pulizija

Ttfajla ta' 26 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fi Vjal Indipendenza fil-Mosta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30pm.

Jidher li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn tfajla ta' 28 sena residenti l-Gżira u mutur li kien misjuq minn żagħżugħ ta' 29 sena u li fuqu kien hemm ukoll it-tfajla ta' 26 sena mill-Imġarr.

It-tfajla ttieħdet minnufih Mater Dei u kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji. Ix-xufier tal-mutur ukoll sofra xi ġrieħi filwaqt li t-tfajla ta' 28 sena qed issofri ġrieħi ħfief.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka