Raġel ta' 50 sena jmut f'inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina Birkirkara

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat

Dalgħodu, għall-ħabta 09:30.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Birkirkara.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Balzan safa’ milqut minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 34 sena residenti l-Belt Valletta.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsenne Farrugia LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka