Raġel ta' 65 sena jweġġa’ f’razzett fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Ftit sigħat ilu, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni filgħodu illum stess, iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f’razzett li jinstab fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 65 sena u residenti Santa Venera, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka