Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f'Ħal Qormi

Il-każ seħħ fi Triq it-Tiġrija

Mara ta' 34 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vettura fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Maruti 800, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.

Il-mara ttieħdet Mater Dei u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

More in Kronaka