Jidħol armat b'sikkina jisraq ħanut f'San Ġiljan

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00pm

Raġel mgħammad u armat b'sikkina daħal f'ħanut u hedded lill-impjegat biex jagħtih il-flus.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00pm, fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Meta l-ħalliel daħal fil-ħanut, kien hemm raġel ta' 31 sena.

Il-ħalliel ħarab b'ammint ta' flus.

Ħadd ma weġġa' waqt din is-serqa, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga biex tipprova tidentifika lill-aggressur.

More in Kronaka