Jisraq basket b'€350 biex jixtri x'jiekol ... jintbagħat 16-il xhar ħabs

Raġel ta' 23 sena residenti l-Ħamrun ġie akkużat li seraq basket bil-flus mingħand raġel fil-Marsa

Raġel residenti l-Ħamrun ġie akkużat mill-ispettur Andy Rotin li huwa seraq mingħand raġel fil-Marsa basket li fih kellu €350.

L-akkużat, li huwa ċittadin Somalu, wieġeb ħati tal-akkużi meta tressaq il-Qorti.

L-Avukat difensur,irrimarka lill-Qorti li r-raġel kien ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri, irritorna l-flus, kien bla xogħol u seraq il-flus biex jitma’ lilu nnifsu.

Il-Maġistrat Doreen Clarke, xorta tat sentenza minima ta’ 16-il xahar ħabs lill-akkużant.

More in Kronaka