Raġel ta' 30 sena jweġġa’ f’sit ta' kostruzzjoni fil-Ħamrun

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi

Illum, għall-ħabta tal-10:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta' kostruzzjoni fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija fuq il-post irriżulta li raġel ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun stess waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka