Tfajla ta' 18-il sena tweġġgħa gravi wara li nqabbdet taħt vann

L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan

Tfajla 18-il sena, ftit qabel 13:00.p.m, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma weġġgħet wara li ntlaqtet minn vann Citroen, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejħu tim mediku u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żagħżugħa minn taħt il-vettura. Hija ttieħdet l-isptar u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka