Raġel iweġġa' gravi wara li ttajjar f'Ħal Qormi

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi

Raġel ta' 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karrozza fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00am.

Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li jgħix fl-stess lokalità.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku qabel ittieħed Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka