Raġel Ingliż ta' 27 sena jitlef ħajtu f’San Pawl il-Baħar

Ir-raġel sab ruħhu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum ġo pool fi Triq it-Trunċiera

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pool fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel sab ruħhu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum ġo pool, ingħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu fuq il-post u baqgħu jassistu sakemm waslu l-paramediċi.

Il-vittma, li aktar tard irriżulta li huwa Ingliż u għandu 27 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka