Raġel ta' 62 jittella' mejjet mill-baħar f'Buġibba

Ir-raġel intlemaħ viċin l-Akkwarju Nazzjonali

Raġel ta' 62, ta' nazzjonalità Ingliża, ttella' mejjet mill-baħar b'Buġibba ftit tal-ħin ilu.

Jidher li r-raġel intlemaħ viċin l-Akkwarju Nazzjonali.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-aħbar mas-sit illum.com.mt.

Dwar il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet. 

More in Kronaka