Ħaddiem jitlef ħajtu wara li waqa' seba' sulari għal ġo xaft

L-inċident seħħ dalgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Qrempuċ, Wied il-Għajn.

Ħaddiem tilef ħajtu dalgħodu wara li waqa' seba' sulari għal ġo xaft.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00am f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Qrempuċ, Wied il-Għajn.

Minkejja li ssejħet mill-ewwel l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku, il-ħaddiem Albaniż ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka