Raġel iweġġa’ gravi f’Ħal Qormi

Raġel ta' 78 sena jweġġa’ gravi f’Ħal Qormi waqt li kien qed jaħdem bi grinder

Għall-ħabta tas-13:00 ta’ waranofsinhar raġel ta' 78 sena kien involut f'inċident gravi ġo stalla fl-inħawi tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel residenti ż-Żejtun, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi grinder. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikata li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

More in Kronaka