Titlef il-kontroll tal-karozza u tibqa' dieħla f'siġra; Tnejn l-isptar

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar

Mara ta'  35 sena u raġel ta' 38 sena, it-tnejn residenti Bormla, qed isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar.

Il-mara, li kienet qed issuq, tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f'siġra

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka