Iċedi saqaf b'żewġ anzjani ta' 75 sena

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta' filgħodu fir-residenza tal-anzjani li tinsab fi Triq San Pawl, Tas-Sliema

Żewġ anzjani qed isofru minn ġrieħi gravi wara li ċeda saqaf bihom matul il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta' filgħodu fir-residenza tal-anzjani li tinsab fi Triq San Pawl, Tas-Sliema.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-anzjani u ddaħħlu l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka