Jidħol b'arma tan-nar f'ħanut, jhedded lill-kaxxiera u jaħrab bil-flus

Is-serqa seħħet ilbiraħ għall-ħabta tat-8:30pm fi Triq in-Naxxar, f’San Ġwann

Raġel armat b’arma tan-nar daħal f’ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, żagħżugħa ta’ 25 sena.

Is-serqa seħħeġ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30pm fi Triq in-Naxxar, f’San Ġwann.

Huwa rnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.

Il-Pulizija qed tfittex lill-ħalliel filwaqt li għaddejja inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka