Il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post tal-inċident
Anzjana ta' 81 sena tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.
Il-każ seħħ għal ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-anzjana sfat milquta minn vettura misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti l-Imqabba.
Il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.