Raġel arrestat u jingħata l-bail wara li jinqabad bil-kokaina u l-ħaxixa lesti biex jinbiegħu

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu madwar 60 pakkett żgħir bid-droga kokaina, 2 pakketti żgħar bid-droga kannabis, lesti biex jinbiegħu

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga kompliet bil-ħidma tagħha kontra t-traffikar tad- droga. Fl-aħħar sigħat, ġie arrestat raġel ta' 24 sena residenti Marsaxlokk wara li nqabad fil- pussess ta' ammont ta' droga kokaina.

Wara diversi jiem ta' osservazzjoni, tard ilbieraħ billejl, il-pulizija ċċirkondat lir-raġel waqt li kien qiegħed isuq fi Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk.

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu madwar 60 pakkett żgħir bid-droga kokaina, 2 pakketti żgħar bid-droga kannabis, lesti biex jinbiegħu u ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.  

Intant illum stess l-istess ġuvni tressaq quddiem il-Qorti u ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest għada b’akkużi relatati mat-traffikar tad-droga, fost oħrajn.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka