Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn għoli waqt xogħlijiet

L-inċident seħħ, għall-ħabta ta' nofsinhar, fi Triq il-Wied fl-Iklin

Anzjan ta' 71 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn għoli waqt xogħlijiet fi blokka ta' appartamenti.

L-inċident seħħ, għall-ħabta ta' nofsinhar, fi Triq il-Wied fl-Iklin.

L-anzjan ddaħħal Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka