Isofri ġrieħi gravi wara li qala' daqqa ta' siġġu

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ, fi Triq Qrajten, Tal-Pieta, għall-ħabta tal-4:00am

Raġel ta' 38 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala' daqqa ta' siġġu waqt argument ma' raġel ieħor ta' 42 sena.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ, fi Triq Qrajten, Tal-Pieta, għall-ħabta tal-4:00am.

Jidher li seħħ argument bejn iż-żewġ persuni barranin.

Ir-raġel ta' 38 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Raġel barrani ta’ 42 sena li joqgħod il-Pieta’ qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li l- investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Kronaka