Uffiċjali tal-ħabs jisfrattaw pjan ta' Daniel Muka biex jaħrab mill-ħabs

Minnufih ġew infurmati l-Pulizija filwaqt li nfetħet inkesta maġisterjali

Uffiċjali tal-ħabs irnexxielhom jisfrattaw pjan li kellu Daniel Muka biex jaħrab mill-ħabs.

Muka qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski f’Tas-Sliema. Huwa kien instab jistaħba f’dar fil-Furjana.

Kelliema għall-Ministeru għall-Intern ikkonfermaw li Muka nstab li kien fil-pussess ta’ biċċa għodda jew inkella arma li kien se juża biex jaħrab.

Minnufih ġew infurmati l-Pulizija filwaqt li nfetħet inkesta maġisterjali.

Muka huwa wkoll akkużat bil-hold-up li kien seħħ f’ħanut tal-ġojjelerija f’Tigne Point fejn saħansitra kien ipprova jispara fuq il-Pulizija. 

More in Kronaka